Skip to main content
Dr. Raiza Oncu

Dr. Raiza Oncu

Chief Officer (Regulatory, Services & Policy)

Dr. Raiza Oncu hija avukata bil-professjoni, wara li kisbet il-Bacellerat tal-Ligi fl-2011, id-Diploma bħala Nutar Pubbliku fl-2012, u d-Dottorat tal-Ligi fl-2014. Kisbet il-licenzja biex teżerċita bħala avukata fl-2015.

Matul is-snin, ħadmet f’diversi setturi fosthom f’litigazzjoni ġenerali, fil-liġi tal-proprjetà intellettwali, u wkoll ħadet sehem f’diversi inizjattivi kummerċjali. Hija tagħti wkoll lectures f’diversi oqsma tal-liġi. Tul is-snin, ħadet sehem f’attivitajiet volontarji differenti, u dan beda minn età żgħira ħafna.

Qabel ma assumiet ir-rwol tagħha bħala Chief Officer (Regulatory, Services and Policy), Raiza – li ilha taħdem fl-OCVO minn Diċembru 2020 fil-kariga ta' Senior Manager – HR, mexxiet il-PPID minn Novembru 2021, fejn kienet responsabbli mis-superviżjoni tal-HR, Finanzi, Amministrazzjoni, IT u Reġistru tal-Uffiċċju. Hija kienet ukoll responsabbli mis-superviżjoni tat-taqsimiet tal-Intent, Pre-Enrolment, Inter-Regulatory Liaison, Enrolment u Classification. Barra minn hekk, il-PPPID kien fdat bir-riforma nazzjonali relatata mas-settur volontarju.

Bħalissa, Raiza hija Chief Officer (Regulatory, Services & Policy), fejn hija primarjament responsabbli għat-tmexxija strateġika u regolatorja tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-organizzazzjonijiet volontarji f'Malta, b'responsabbilta' tar-reviżjoni regolatorja, kwistjonijiet relatati mal-NCC, investigazzjonijiet, l-iskirzzjoni tal-organizzazzjonijiet u l-liaison ma' stakeholders, kif ukoll il-koordinazzjoni u s-superviżjoni tal-funzjonijet legali u konsultattivi tal-Uffiċċju. Hija tkompli wkoll tkun responsabbli mit-tmexxija tar-riforma nazzjonali relatata mas-settur volontarju. Din ir-riforma hija, fil-fatt, proċess ta' konsultazzjoni nazzjonali li l-OCVO nieda flimkien mal-partijiet interessati ewlenin kollha u l-pubbliku ġenerali, li mhux biss se jwassal għal qafas legiżlattiv ġdid, iżda għandu l-għan li jibni settur volontarju sostenibbli.