Is-Sur Roderick Agius
Counsel (Advisory)
Is-Sur Roderick Agius bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Counsel (Advisory). Ilu jaħdem fl-OCVO minn Ġunju tal-2018. Qabel, ħadem fil-qasam tal-edukazzjoni u s-servizzi edukattivi.
Imexxi l-funzjonijiet tal-Uffiċċju relatati mal-NCC u jipprovdi pariri u gwida dwar ir-riskju, il-konformita', il-governanza u kwistjonijiet regolatorji lill-Uffiċċju, lill-Għaqdiet Volontarji u lil partijiet interessati oħra, filwaqt li jappoġġja inizjattivi ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni.
Roderick ilu involut fl-Organizzazzjonijiet Volontarji sa mill-1988. Ħadem kemm ma’ organizzazzjonijiet lokali kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet pan-Ewropej fil-qasam tal-iżvilupp internazzjonali, l-għajnuna umanitarja u l-ġustizzja soċjali.
Roderick għandu lawrja ta’ Master's fil-Politika Pubblika.